Filmat: Karozzi misruqa jgħaddu minn Malta; 2 Maltin investigati

Żewġ Maltin huma fost 40 persuna li qed jiġu investigati fl-Italja wara li l-Pulizija ta’ Ragusa kixfet grupp kriminali li kien involut fit-trasferiment ta’ karozzi lussużi u kummerċjali mill-Italja lejn Malta. Minn Malta mbagħad kienu jintbagħtu lejn il-Libja.

Skont il-midja Taljana, 40 persuna qed jiġu investigati għall-involviment tagħhom f’ċirku kriminali internazzjonali li jispeċċjalizza f’ħasil ta’ flus u s-serq ta’ vetturi kummerċjali mill-Italja li imbagħad jintbagħtu lejn il-Libja minn Malta. Uffiċjali minn Ragusa sabu 30 karozza lussuża li kienu se jintbagħtu lejn Malta minn Pozzallo.

Għal rapport dettaljat tista’ tidħol hawn.