Filmat: Karozza ttir minn fuq roundabout f’Santa Luċija

Karozza nqabdet fuq filmat tas-CCTV ittir minn fuq roundabout f’Santa Luċija.

Il-filmat li qed idur fuq il-midja soċjali jidher li huwa meħud minn kamera tas-sigurtà. Jidher li l-filmat ittieħed nhar is-17 t’April fil-11pm, madanakollu kelliema għall-Pulizija sostniet ma’ Newsbook.com.mt li ma sar l-ebda rapport dwar l-inċident.

Fil-filmat wieħed jista’ jara karozza ġejja b’veloċità kemmxejn qawwija dritt għal fuq ir-roundabout. Il-karozza taħbat mar-roundabout, u bil-veloċità ttir sakemm taħbat mal-ħajt ta’ faċċata.