Filmat: Karozza titkaxkar mill-mewġ fil-Qbajjar

Ir-riħ qawwi li ħakem lill-gżejjer Maltin illum wassal biex karozza fil-Qbajjar tkaxkret mill-mewġ. F’Marsalforn ukoll hemm riħ qawwi, b’konsegwenza li l-baħar qed jibqa’ tiela fuq il-bankina. Il-karozza ttellgħet lura fuq l-art qabel tkaxkret għal kollox mill-baħar.
Ir-riħ wassal ukoll sabiex fix-Xemxija jtellef lil min qed isuq minn hemm. Il-baħar qawwi b'mewġ għoli laqat ukoll iż-żona ta' San Pawl il-Baħar bil-baħar jibqa' tiela fit-triq
L-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajurport ta’ Malta qal li r-riħ illum hu ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral it-Tramuntana li jdur mill-Grigal u jiżdied għal qawwi iktar tard. Minkejja dan, m’hemmx twissijiet.
 
Filmati: Gozo Weather Page, Facebook; Adrian Agius.