Filmat: F’Ħal Lija karozza tirkeb oħra u tibqa’ sejra

Il-kameras tas-sigurtà fi Triq Annibale Preca f’Ħal Lija qabdu karozza tidħol f’karozza oħra.
Il-filmat juri li kien għal ħabta tad-08:53, li karozza bajda tat-tip Rover, daħlet fil-karozza
Sid il-karozza għamlet rapport mal-pulizija, iżda minkejja li tat in-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza, ma ngħatatx l-isem tas-sewwieq minħabba l-protezzjoni tad-data.
Madanakollu, il-pulizija qed jinvestigaw il-filmat tas-CCTV.