Filmat: Karozza tinqaleb wara ħabta fil-Mosta

Karozza nqalbet kawża ta’ ħabta fi Triq Valletta fil-Mosta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-ħabta ma’ Newsbook.com.mt. Ritratti u filmati li waslu għand din il-kamra tal-aħbarijiet juru li fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jgħinu xi persuni li nqabdu fil-karozza li nqalbet.

Skont il-Pulizija, ħadd ma ndarab b’rabta ma’ dan l-inċident.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li fuq il-post hemm żewġ karozzi tal-protezzjoni ċivili u żewġ vetturi tat-tifi tan-nar.