Filmat: Karozza tinqaleb waqt Paqpaqli għall-Istrina

Filmat li rċieva Newsbook.com.mt juri stunt ta’ żewġ karozzi mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit isuqu wara karozza li spiċċat maqluba fuq il-ħaxix ta’ waħda mir-runways fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Dan waqt id-9 edizzjoni ta’ Paqpaqli għall-Istrina fil-ħangar tal-Lufthansa Technik fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn ħadu sehem rekord ta’ parteċipanti.
L-ewwel stunt kienet  ippjanata, iżda t-tieni waħda, li tidher fil-filmat mibgħut minn Exotic Cars In Malta kien inċident li fortunatament ma ħalla l-ebda persuni midruba. 
Exotic Cars in Malta, hi paġna lokali fuq Facebook, li fuqha jittellgħu ritratti ta' karozzi eżotiċi u super cars li jintlemħu fil-Gżejjer Maltin. Exotic Car Spotting, huwa channel fuq YouTube, li fuqu ttella' dan il-filmat, u li jinkludi filmati ta' attivitajiet tal-karozzi kif ukoll ta' karozzi eżotiċi, rari u uniċi f'Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra.
Filmat: Luke Azzopardi / YouTube – Exotic Car Spotting / Facebook – Exotic Cars in Malta