Filmat: Karozza tieħu n-nar f’Ta’ Xbiex; tintefa’ fi ftit minuti

Karozza li ħadet in-nar f’Ta Xbiex, intfiet fi ftit minuti wara li ħaddiema tat-tifi tan-nar mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post.
F’filmat imtella' fuq Facebook, tidher il-karozza taqbad fi Triq Abbate Rigord, filwaqt li jidhru jaslu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.
Skont il-persuna li ġibdet il-filmat, damu biss erba’ minuti biex waslu fuq il-post u ħames minuti oħra biex ikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Filmat: Jamie Sammut