Karozza ħadet in-nar fin-Naxxar dalgħodu.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Bxilli fl-9.40am.
Fuq il-post issejħu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-Pulizija sabiex jassistu. Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.
Inċident ieħor simili fil-Ħamrun ħalla raġel jissielet għal ħajtu.