Filmat: Karozza tieħu n-nar fil-Mellieħa

Għal xi raġuni karozza ħadet in-nar fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, tfew in-nirien.
Mhux magħruf x’wassal biex il-karozza ħadet in-nar iżda b’xorti tajba jidher li ħadd ma weġġa’ ħadd.
Sakemm intfew in-nirien, it-triq kienet magħluqa għat-traffiku. Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ. 

Filmat u Ritratt: Shane Camilleri