FILMAT: Karozza f’pompa tal-petrol tinqered għal kollox f’nirien

Karozza li kienet tinsab f’pompa tal-petrol f’San Ġwann inqerdet għal kollox meta ħadet in-nar illum waranofsinhar. Għad m’hijiex magħrufa ir-raġuni eżatta għaliex il-karozza ħadet in-nar, u mhux eskluż li n-nirien bdew hekk kif il-karozza kienet qed tingħata l-fjuwil.

Issejħu fuq il-post membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Segwi l-filmat li ttella’ fuq is-sit elettroniku ta’ youtube.