Karozza bajda ħadet in-nar fl-Iklin.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq Ġuze Galea.

Kelliem għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li n-nar jidher li żviluppa wara li kien hemm xi ħsara fil-karozza. Tliet karozzi li kienu pparkajti viċin tal-karozza li ħadet in-nar sofrew ħsara estensiva kawża tan-nirien.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien. Fortunatamanet ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.