Filmat: Karen tidħol f’basla oħra

Illum fid-9pm fuq l-istazzjon One se jixxandar it-tielet episodju ta’ Elf Metodu fejn se naraw kif dik l-imbierka kobba ma tridx tinħall! Anzi pjuttost jidher li Karen se tispiċċa tidħol f’xi basla oħra wara l-esperjenza traġika li għaddiet minnha Doreen.

Illejla se nidħlu fid-dar ta’ Dorothy u Ray. Żewġha jidher li qed jikkawżalha problema u din tispiċċa tirrikorri lejn Karen għall-parir. Imma x’qed idejjaqha f’żewġha u għalfejn trid teħles minnu?

Ritratt: Josef Grech Coldman

Jekk għandkom għall-qalbkom żmien Halloween, allura it-tielet episodju żgur se jinżlilkom għasel.

U jekk intom tagħmlu ma’ dawk li jibżgħu minn dellhom, allura jieħu ħsiebkom Elvis … jew jintefa’ jgħaddikom passata żmien.

Ritratt: Josef Grech Coldman

Elf Meodu hi miktuba minn Simon Bartolo fuq idea ta’ Mark Doneo.