Filmat: Karattri ġodda f’Sorelle

Meta fis-6 ta’ Jannar tasal lura is-sensiela Sorelle fuq TVM se nkunu qed niltaqgħu ma’ żewġ karattri ġodda, dawk ta’ Sully u Leah, interpretati minn Sonic-J Aquilina u Nakita Grima.

F’din il-paġna ssibu l-filmat tal-ewwel xena tagħhom f’din is-sensiela. Izda żgur li dawk li jsegwu din is-sensiela jixtiequ jkunu jafu aktar dwar min huma dawn il-karattri.

Nakita Grima u Sonic J Aquilina

Sully huwa l-laqam ta’ George Sullivan Jr. Ir-relazzjoni tiegħu ma’ Leah hi waħda unika.

Nakita Grima

Ir-relazzjoni tagħhom hi waħda li tista’ tgħid li warrbu lil kulħadd minnha. Min jaf x’għandhom lest għall-eluf ta’ telespettaturi li ta’ kuljum qed isegwu din is-sensiela miktuba minn Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind, l-istess kumpanija li qed twassal is-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba, u fi ftit ġimgħat oħra is-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa.

Nakita Grima

Bla dubju dawk li jsegwu Sorelle qed jistaqsu kif jinkwadraw f’dak kollu li qiegħdin insegwu. Dan u aktar se tiskopruh fil-puntati l-ġodda tal-ewwel staġun ta’ Sorelle, li se jibqa’ jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm.