Filmat: Kantanta Maltija ssellem il-memorja ta’ Marie ta’ Roxette

Ix-xena mużikali llum bkiet it-telfa ta’ Marie Friedriksson, il-kantanta tad-duo popolari Roxette, li ħallietna lbieraħ it-Tnejn 9 ta’ Diċembru, wara li tilfet il-ġlieda ma’ marda li kienet ilha biha għal snin twal.

Il-grupp Roxette kien kiseb suċċessi kbar b’siltiet bħal Joyride, It Must Have Been Love, Listen to Your Heart, Fading Like A Flower u The Look.

Filwaqt li l-fans madwar id-dinja ma waqfux jiktbu messaġġi biex isellmu l-memorja tal-kantanta ta’ 61 sena, il-kantanta Maltija Fiona Cauchi ħalliet messaġġ partikolari akkumpanjat b’filmat li ssibu wkoll f’din il-paġna:

Ritratt: Facebook/Fiona Cauchi

Marie Fredriksson twieldet nhar it-30 ta’ Mejju 1950 fl-Iżvezja. Isimha proprju kien Gun-Marie Fredriksson.

Hija rtirat mix-xena mużikali fl-2016 għalkemm wara nħarġu tlett singles, Alone Again u I Wanto to Go fl-2017, kif ukoll Sing me a Song fl-2018. Hu mifhum li dawn iż-żewġ siltiet kienet irrekordjathom snin qabel.