Filmat: Kantali kif qed tħossok qabel il-finali tal-lejla?

Bħalissa f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-14-il kantant u kantanta finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest qed jagħmlu l-aħħar preparamenti qabel jitilgħu fuq l-aktar palk segwit f’Malta.
Newsbook.com.mt jinsab backstage f’Dar il-Mediterran mal-kantanti ftit ħin qabel jieħdu sehem fis-serata finali.
Iżda kif qed iħossuhom il-kantanti bħalissa?
Fil-filmat, kull kantant u kantanta fl-ordni li se jidhru ftit ħin ieħor fuq il-palk, se juruna kif qed iħossuhom. Se jagħmlu dan billi jkantaw vers jew tnejn minn kanzunetta li tesprimi l-emozzjonijiet tagħhom qabel dan il-mument li tant mistenni f’Malta u Għawdex.
Newsbook.com.mt jibqa’ jaġġornak bl-aħħar riżultati u l-ewwel kummenti tar-rebbieħa.