Filmat: Kampanja ta’ informazzjoni fuq il-proġett ECHOHIVE

ECOHIVE tibda tamministra l-Magħtab sabiex il-kumpanija tibda tieħu passi deċiżivi lejn strateġija ċirkolari li tevita l-landfilling

Wasteserv qed tniedi kampanja ta’ informazzjoni fuq il-proġett tagħha ECOHIVE, l-ikbar investiment fl-immaniġjar tal-iskart f’pajjiżna, li se jkun qed jirrivoluzzjona l-mod kif pajjiżna jimmaniġġja l-iskart u tmexxi lil pajjiżna lejn ekonomija ċirkolari.

Iċ-Chairperson tal-Wasteserv, il-Professur Frank Bezzina, saħaq illi “Dan mhux sempliċiment eżerċizzju ta’ rebanding tal-impjanti ta’ immaniġjar tal-iskart ewlenin, iżda huwa bidla radikali fl-aproċċ sabiex nibdew neqilbu l-iskart f’riżorsa”. Huwa żied jgħid illi l-kumpanija għaddejja minn proċess ta’ ristrutturar komprensiv bl-iskop li jtejjeb il-ħidma ambjentali fil-qasam tal-iskart.

ECOHIVE tirrapreżenta l-istinkar u l-effiċjenza, hub dinamiku li jkompli jaħdem sabiex isib u jimplimenta l-aħjar soluzzjonijiet bl-aqwa mod possibli, b’titjieb kontinwu. “Eco” tirrappreżenta l-ambjent u s-sostenibbiltá, filwaqt li “hive” tfakkarna fil-bejta tan-naħal, dejjem attiva u mimlija enerġija. 

In-naħal ikattru l-ħajja permezz tal-pollinazzjoni, u jgħinu l-pjanti jikbru u jirriproduċu filwaqt li jipproduċu nutrijenti bħall-għasel. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca uża din il-metafora sabiex jispjega kif dawn l-impjanti se jkunu qed jiġu żviluppati bħala parti minn din il-viżjoni sabiex jintlaħqu diversi ħtiġijiet ambjentali fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart.  Fl-istess waqt, l-impjanti se jkunu qegħdin jipproduċu riżorsi essenzjali bħall-elettriku u l-kompost. L-impjanti li se jkunu qed jiġu żviluppati se jissemmew b’ismijiet kumplimentari għal dak tal-proġett: ECOHIVE organic, ECOHIVE energy, ECOHIVE recycling u  ECOHIVE hygienics.

Il-kampanja timmira li tkompli tgħarraf lill-pubbliku bl-importanza tas-separazzjoni tal-iskart, li hija l-bażi sabiex dan il-proġett state-of-the-art ikun wieħed ta’ success.

Huwa mistenni li l-progress fuq dan il-proġett ikun wieħed mgħaġġel bil-proċess tax-xiri tal-Waste-to-Energy plant diġá jidħol fl-istadju ta’ pre-kwalifikazzjoni.

Din il-kampanja tgħaqqad max-xogħol li qed jagħmel il-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, li bħalissa qed jiffinalizza l-politika ambizzjuża għall-immaniġjar tal-iskart.

Wasteserv tinkoraġixxi lill-publiku sabiex isegwi l-media soċjali u l-kampanja ECOHIVE, li se tinkludi ukoll numru ta’ materjal divertenti u edukattiv li huwa mmirat b’mod partikolari lejn it-tfal.