Filmat: Kaloriji, kaloriji, kaloriji….l-ikbar prinjolata f’Malta

Għolja żewġ metri, tiżen iktar minn nofs tunnellata u mimlija konfettura, gallettini, ċirasa u ċikkulata.
L-ikbar prinjolata li qatt saret f’Malta u Għawdex, u li lbieraħ filgħaxija sabet ruħha fil-Malta Records.
Il-prinjolata, li hija twila aktar minn persuna medja saret mill-Fondazzjoni Kummuttiva tax-Xagħra u Tal-Lajku Confectionery u nqasmet waqt attività tal-karnival fil-Pjazza tan-Nazzarenu fix-Xagħra.
Il-qliegħ kollu mill-bejgħ ta’ din il-prinjolata se jmur għal Puttinu Cares.
Uffiċjali tal-Malta Records kienu fuq il-post u ċċertifikawha bħala l-ikbar prinjolata nazzjonali.
B’kollox kienet tiżen 552 kilogramma u kienet tikkonsisti fi 63 litru abjad tal-bajd, 120 kg icing sugar, 325 kg gallettini, 47 kg konfettura, 3 kg ċirasa, 3 kg essenza tal-vanilla u lumi u 44 kg ċikkulata.
 
Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.