Filmat: Justine tkompli tiġbed l-attenzjoni

Minn informazzjoni li ħarġet, il-programm X Factor Malta qed ikompli jiġbed udjenzi kbar nhar ta’ Ħadd filgħaxija u t-tieni live show, dak tal-ġimgħa l-oħra laħħaq udjenza ta’ 145,000 persuna, jiġifieri 55.3% tat-telespettaturi kienu qed isegwu dan l-ispettaklu televiżiv.

U filwaqt li għall-istazzjon nazzjonali TVM u t-tim tal-produzzjoni ta’ X Factor dan hwua riżultat mill-aqwa, l-aħħar ġranet ma kienux inqas għall-waħda mill-kompetituri finalisti f’dan il-programm.

Filfatt għal Justine Shorfid il-wirja tagħha ta’ Dance Monkey (sal-ħin li qed inwasslu dan ir-rapport) rawh 34,500 darba fuq il-You Tube!

Warajha, mill-prestazzjoni tal-Ħadd li għadda insibu lil Destiny li b’I Will Survive at’ Gloria Gaynor rawha diġà 24,700 darba, dejjem fuq il-You Tube.

Imbagħad it-tielet l-aktar wirja li raw fuq You Tube mill-programm tal-Ħadd li għadda hija l-Material Girl ta’ Jasmine Abela, li nqalgħet lejn l-aħħar tal-live show. Il-filmat tagħha rawh 23,588 darba!

X Factor Malta jixxandar fuq TVM nhar ta’ Ħadd fid-8.50pm u kull ġimgħa permezz ta’ Newsbook Lifestyle tistgħu tirbħu biljetti. Importanti li tidħlu fil-paġna u tagħfsu LIKE u timxu mal-istruzzjonijiet.

Il-kompetizzjoni li jmiss għall-live show tal-Ħadd 2 ta’ Frar se titħabbar fuq il-paġna Facebook ta’ Newsbook Lifestyle nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar.