Filmat: Justine terġa’ tispiċċa fuq X Factor Global

Il-kantanta żagħżugħa Justine Shorfid jidher li qed tkompli timpressjona u l-wirja tagħha waqt is-Six Chair Challenge li rajna bħal-lum ġimgħa waqt X Factor Malta spiċċat fuq X Factor Global. Hija kantant Man Down ta’ Rihanna.

Justine marret ukoll tajjeb mal-ġurija u fil-fatt hija waħda mis-sitta li issa għaddew għall-fażi tal-Judges Houses.

Din hija t-tieni darba li l-wirja ta’ Justine spiċċat inkluża fuq l-X Factor Global.

It-tfajla kellha wkoll kliem ta’ tifħir mill-ġurija li segwew il-wirjiet tagħha waqt il-vjaġġ fuq X Factor Malta.

X Factor Malta jkompli llejla fuq TVM għall-ħabta ta’ 8.50pm meta se naraw il-kategorija tal-gruppi.