Filmat juri tarbija tinsteraq minn idejn ommha

Timmaġina li jaħtfulek it-tarbija minn ħdanek?

“Tlift it-tarbija tiegħi fi 30 sekonda,” qalet l-omm imbikkma.

Fil-midja barranija, deher filmat ta’ ħtif ta’ tarbija minn idejn ommha stess.

L-omm kienet qiegħda żżomm lit-tarbija tagħha quddiem il-bieb ta’ barra, meta avviċinatha mara li kienet qed tbigħ xi materjal tat-tindif. L-omm ma tatx wisq kas għax il-mara kienet il-mara kienet tidher minn tagħna, tant li bdew jitkellmu, u anke fissdet lit-tarbija.

Il-mara mbagħad staqsiet lill-omm biex ixomm kemm ifuħ il-prodott tas-sapun, u meta baxxiet biex ixxommu, minnufih intilfet minn sensiha.

Meta qamet, kienet bla tarbija u bla mowbajl.

Din l-istorja tqajjem ftit kuxjenza fuq kemm hi importanti li t-tfal jingħataw attenzjoni.

Dan il-każ ifakkar fil-każ li ġara din il-ġimgħa meta tifel insteraq minn ommu fl-Għadira. Newsbook.com.mt bagħat jistaqsi xi mistoqsijiet lill-Pulizija dwar il-każ, iżda għadu qed jistenna risposta.

https://www.facebook.com/policjaprofes/videos/2156411404642897/