Filmat: Jum bla mowbajl u tħossok waħdek!

Dan il-filmat qasir maħdum f’Los Angeles jirrakkonta verità iebsa: sirna niddependu mill-mowbajl tagħna. U min jinsieh warajh, jew inkella jagħżel volontarjament li ma jużahx, iħossu waħdu.

Dan il-kunċett ġie żviluppat tajjeb ħafna f’dan il-film qasir bl-isem ‘I forgot my phone’. Fuq YouTube il-filmat diġa intwera iktar minn miljun darba.