Filmat: Josh u Sean “jitkellmu” dwar il-Prietka tal-Milied

Din il-ġimgħa Sean u Josh ġew sal-istudjos ta’ Beacon Media biex iżuru lil Frederick Zammit għall-edizzjoni li jmiss ta’ Nitfa Kultura.

Suppost ġew biex jitkellmu fuq it-tieni edizzjoni tal-produzzjoni Il-Priedka tal-Milied imma bħal ma tistgħu timmaġinaw xejn milli pjana Zammit ma mar kif suppost għax iż-żewġt mistiedna spiċċaw biex jinfexxu jitgħajru ma’ xulxin.

Però jekk issegwu sew il-filmat b’xi mod jirnexxielkom tiksbu ftit dettalji dwar kif tistgħu takkwistaw il-biljetti u fuq id-dati meta se jittellgħu r-rappreżentazzjonijiet.

Filming: Malcolm Agius

Muntaġġ: Sarah Salafia