Filmat: Mit-tbatija toħroġ il-pożittività

Martina Fenech għandha 22 sena.  It-tfajla batiet ħafna sa minn ċkunitha. 

Meta kellha biss 3 snin, ommha mardet bil-kanċer.  Meta kellha 15-il sena, ommha mietet, u ftit tax-xhur wara, Martina jsibulha wkoll tumur.

Tilfet ukoll lill-għarus tagħha Jerome minħabba l-kanċer. 

Minkejja l-battalja kontinwa tagħha xejn ma jżomm lill-Martina milli tkun pożittiva u tgħix ħajjitha bl-aħjar mod possibbli u tgħin lil ħaddieħor fosthom lil Puttinu. 

Illum l-istorja ta’ Martina se tkun qed titwassal permezz tal-programm Umani li jixxandar fuq TVM fis-7pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat.