Filmat: Joħroġ il-filmat tad-diska Avec Moi ta’ Emma u Biondo

Ħareġ fuq YouTube l-filmat tal-kanzunetta Avec Moi, il-kanzunetta l-ġdida ta’ Emma Muscat flimkien ma’ Biondo. Il-filmat ħareġ ilbieraħ u diġà rawh 700,000 darba, jiġifieri Emma mhijiex ‘il bogħod mill-ewwel darba li ttella’ sa miljun view fuq YouTube. Il-kanzunetta qiegħda tikklassifika fit-tieni post fil-kategorija Trending fuq YouTube.

Filmat: Toħroġ id-diska Avec Moi ta’ Emma Muscat u Biondo

Fil-filmat, Emma tidher waħedha għall-ewwel, bl-ewwel xena tagħha ġo banju, u mbagħad ġo karozza. Biondo wkoll jidher waħdu sakemm fl-aħħar jidhru flimkien. Il-lirika tal-kanzunetta tirrifletti xi ftit jew wisq ir-relazzjoni romantika bejn iż-żewġ kantanti.

Il-kanzunetta ħarġet fis-26 t’April u ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-ammiraturi tal-kantanta Maltija.

Hija kisbet il-fama s-sena l-oħra meta dehret fuq il-programm Taljan Amici, fejn iltaqgħet mal-kantant Taljan Biondo u bdew joħorġu flimkien. Dal-aħħar kien hemm għajdut li l-koppja ħassret wara li kienu qegħdin joqogħdu flimkien fl-Italja.

“Inpoġġu lilna nfusna qabel il-gossip”; Emma u Biondo flimkien mill-ġdid?