Filmat: Joħroġ għal-lampuki… Isib balena!

Ma kienx jum bħall-oħrajn għal James Buttigieg, Rabti b’passatemp għas-sajd, li meta ħareġ irejjex għal-lampuki, minflok spiċċa ltaqa’ ma’ balena twila 30 pied!
James Buttigieg qal kif ma kienx qed jistenna li jsib balena meta nhar it-Tlieta waranofsinhar ħareġ ma’ tliet persuni oħra irejjxu ftit ‘il barra mill-bajja tal-Ġnejna.
Jirrakkonta li minkejja li hu u ż-żewġ persuni li kienu miegħu ħadu gost b’dan l-ispettaklu, xorta beżgħu minħabba l-kobor tagħha.