Filmat: Jiżbroffa l-vulkan Etna

Ritratti u filmati minn residenti Sqallin juru duħħan ħiereġ mill-vulkan Etna wara li żbroffa.

Skont is-sit Volcano Discovery, ħareġ xi lava u kien hemm ukoll l-hekk imsejħa splużjonijiet vulkaniċi.

Etna live #etna www.go-etna.com

Posted by Go-Etna on Monday, December 24, 2018

Skont rapporti fil-midja, l-attività seismika tal-vulkan ilha tiżdied għal dawn l-aħħar jiem. Numru ta’ persuni fi Sqallija qalu li semgħu bħal splużjoni ġejja mill-vulkan. L-Etna huwa l-akbar u l-aktar vulkan attiv fl-Ewropa.

time lapse Etna

Posted by Duilio Bellino on Monday, December 24, 2018

Filmat: Twitter – Antonio.M