​Filmat: Jitwieled ħmar f’Betlehem f’Għajnsielem

Fil-Presepju ħaj ta’ Betlehem f’Għajnsielem fl-aħħar sigħat twieled ħmar.
Wieħed mis-segwaċi ta’ Newsbook.com.mt inzerta fuq il-post u rnexxielu jiġbed filmat.
Din hi d-disa’ sena konsekuttiva li qed issir din l-attività li tattira mhux biss Għawdxin imma mijiet ta’ Maltin u turisti.
Din is-sena l-presepju se jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 7 ta’ Jannar, il-Festa tal-Epifanija, u jagħlaq bil-miġja tal-Maġi mill-Mellieħa.
Id-dħul huwa b’xejn.
Filmat: Joseph Portelli
Ritratt: Għajnsielem.com