Filmat: Jitwaqqaf il-panda li kien qed jiġbor il-flus ħdejn it-Tritoni

Ġie arresstat ilbieraħ il-panda li kien jinsab fi Pjazza Tritoni jiġbor il-flus mingħand in-nies li kienu għaddejjin.

Allegatament studenta li kienet għaddejja flimkien ma’ sħabha u l-għalliema tagħha sarilha fastidju minn dan il-panda. Wara li għamlitlu rapport il-pulizija marret fuq il-post, u rriżulta li dan kien raġel barranni li kien liebes dan il-kostum.

Hu mifhum li l-pulizija għamlitlu mistoqsijiet b’rabta mal-allegazzjonijiet li keinu saru dwaru.