Filmat: Jitqaċċtu s-siġar fi Triq l-Imdina waqt il-baġit

Are X qed jigri bhalissa meta n nies qed jaraw IL budget.... TQACCIT TAS SIGAR!!!!!

Posted by Giorgio Schembri on Monday, October 19, 2020

Waqt li kien għaddej il-baġit ilbieraħ filgħaxija, tqaċċtu xi siġar fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard.

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola xerred filmat ta’ dan fuq Facebook u qal li dan sar waqt li kulħadd kien aljenat isegwi l-baġit.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius ikkritika dan l-aġir u sejjaħ il-Gvern wieħed li jqaċċat. Ikkritika l-ipokrezija tiegħu billi fil-baġit semma politika li tħaddar u fl-istess waqt kienu qegħdin jitqaċċtu s-siġar.

H’Attard…. overnight.Gvern Laburista li jqaċċat.Fil-budget jgħid li ser jkollna politika li tħaddar u fl-istess ħin u mal-lejl jqaċċat u jeqred is-siġar.20.10.2020

Posted by David Agius on Monday, October 19, 2020

L-artist Steve Bonello xerred tpinġija tiegħu taż-żewġ siġar tal-arżnu f’Ħ’Attard. Huwa kiteb li dan hu l-mod kif jagħmlu l-affarijiet il-Ministru “arroganti” Ian Borg u Frederick Azzopardi minn Infrastructure Malta, “taħt l-għotja tad-dlam.”

They dance no more… these two pine trees which until yesterday graced the area in front of Ivory & Co on the Rabat…

Posted by Steve Bonello Art & Illustration on Monday, October 19, 2020

It-tqaċċit ta’ dawn is-siġar huwa parti mill-proġett tas-Central Link.

Ftit aktar minn sena ilu, saret protesta f’din iż-żona fejn in-nies intrabtu mas-siġar sabiex joġġezzjonaw li dawn is-siġar li ilhom mijiet ta’ snin jitqaċċtu għal proġett infrastrutturali.

Fl-aħħar jiem, il-proġett għamel progress ġmielu u nfetħet l-ewwel triq.

Fl-aħħar ta’ Settembru
Tinfetaħ l-ewwel triq tas-Central Link