Filmat: Jitolbu deportazzjoni ta’ barranin li jwettqu reat kriminali

Illum saret protesta fil-Belt Valletta organizzata mill-Moviment Patrijotti Maltin (MPM) favur id-deportazzjoni tal-barranin li jwettqu reat kriminali.

Fil-kummenti tiegħu ma’ Newsbook.com.mt il-President tal-MPM Alex Pisani tkellem dwar kif fil-fehma tiegħu isiru ħafna atti kriminali f’Malta mill-barranin. Qal li dawn ikunu qed jabbużaw mill-ġenerożità tal-Maltin u għalhekk iridu jiġu deportati.

Waqt intervent fil-programm Newsline fuq RTK, il-Mexxej tal-MPM Henry Battistino saħaq li l-protesta kellha l-għan li toħloq is-sikurezza f'Malta.

 

Tista’ tisma’ l-programm sħiħ ta’ Newsline hawn.
Ritratti: Matthew Borg