Filmat: “Jitnieda pjan li jtejjeb il-kundizzjonijiet tas-suldati” – Carmelo Abela

Tnieda l-pjan strateġiku ta’ għaxar snin, li jtul sal-2026, għall-Forzi Armati ta’ Malta li jipprovdi biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tas-suldat u biex l-armata ttejjeb il-kapaċitajiet operattivi tagħha.
F’konferenza għall-aħbarijiet il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela spjega li ġiet identifikata l-ħtieġa biex l-armata ssaħħaħ ir-riżorsi tagħha, kemm mil-lat ta’ riżorsi umani, kif ukoll fil-qasam operattiv.
Qal li fost l-oħrajn, il-pjan jipprovdi għal emerġenzi f’każi ta’ inċidenti kbar u għall-misjonijiet li l-armata jista’ jkollha anke lil hinn minn Malta.
Żied jgħid li l-pjan beda s-sena l-oħra u li diġà qed jiġu indirizzati diversi aspetti fosthom l-inverstiment fit-tagħmir meħtieġ.
Qal li l-armata għandha 1,700 suldat, 600 anqas minn dak stabibilit mill-pjan.
Ritratt: DOI: Clifton Fenech