Filmat: Jitnedew €3 miljun f’fondi Ewropej għall-bdiewa

Tnedew €3 miljun f’fondi Ewropej għall-bdiewa.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej qalu li Anton Refalo u Stefan Zrinzo Azzopardi żaru lil bidwifl-inħawi tal-Imqabba li bbenifika minn fondi Ewropej biex kabbar l-operat tiegħu. Hu installa serer ġodda u investa f’teknoloġija iktar effiċjenti.

Matul din iż-żjara tnediet is-Sotto Miżura 4.1 – Appoġġ għall-Investiment f’Ażjendi Agrikoli, skont il-Programm ta’ Miżuri għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 finanzjata minn fondi Ewropej favur aktar investiment fil-biedja.

Il-Ministru Anton Refalo nnota b’sodisfazzjon domanda qawwija li wasslet għall-ftuħ ta’ din is-sejħa ulterjuri tal-Miżura 4.1.

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet mħabbra se tagħlaq il-Ġimgha 24 ta’ Lulju 2020 f’nofsinhar.

Għal aktar informazzjoni għamel kuntatt permezz ta’ email rdd.mfea@gov.mt  jew in-numri tat-telefon 2200 1117 / 2200 1162.