Filmat: Jitlob lil tallab jagħtih il-barmil biex…

Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum faċli li wieħed jinsa' lil dawk ta' madwaru.  
Tliet żgħażagħ Ġermaniżi riedu jieqfu ftit u jagħmlu ġurnata speċjali lil raġel bla dar u waħdu, li ta’ kuljum ipoġġi f’ġenb ta’ triq biex jittallab il-flus.  
Ir-raġel tallab kien qiegħed bilqiegħda, bħal kull ġurnata normali għalih, meta wieħed miż-żgħażagħ resaq lejh u talbu jagħtih il-barmil, li fih kien qed jiġbor il-flus, biex ikun jista’ jdoqq fuqu.
Għalkemm ir-raġel għall-bidu deher ftit suspettuż, aċċetta u ż-żagħżugħ beda jdoqq fuq il-barmil.
Sadanittant resaq lejhom żagħżugħ ieħor bil-kitarra li kompla jdoqq u jkanta mar-ritmu tad-daqq fuq il-barmil. Aktar tard daħħlet fil-grupp tfajla li kompliet mal-kant.
Fl-aħħar tal-kanzunetta, in-nies li nġabru, tefgħu l-flus ġol-kappell ta’ wieħed miż-żagħżagħ.
Iż-żagħżugħ ta' l-kappell mimli flus lir-raġel li waqt li kien imdawwar biż-żgħażagħ deher kommoss, sorpriż, iżda fuq kollox kuntent.