Filmat: Jitlesta l-proġett ta’ konservazzjoni fuq il-Kurċifiss Ta’ Gieżu

L-Arċikonfraternita tal-Kurċifiss Mirakoluż qabbdet lill-Arts Conservation Consortium, immexxi minn Dr Christian Attard biex iwettaq ix-xogħlijiet ta’ restawr kif ukoll studji estensivi dwar l-aspetti storiċi u artistiċi tal-Kurċifiss, liema kien iffinanzjat mill-Bank of Valletta.

“Ftit huwa magħruf dwar Frate Innocenzo, l-artist tal-Kurċifiss,’ qal Dr Christian Attard waqt konferenza stampa biex titħabbar it-tlestija tax-xogħlijiet ta’ restawr. ‘L-istorja tiegħu hija ddokumentata fix-xogħlijiet tiegħu. Jingħad li ħadem total ta’ 33 Kurċifissi, waħda għal kull sena tal-ħajja ta’ Ġesu Kristu u li l-irjus ta dawn il Kurċifissi kollha nstabu lesti mill-artist bħallikieku b’intervent mirakoluż.

Luke Zerafa

‘Leġġenda oħra tgħid li Frate Innocenzo, minn Petralia Sottana fi Sqallija kien isofri minn uġigħ kbir f’waħda minn għajnejh, u għalhekk insibu xewka mill-kuruna tgħaddi minn ġo għajn il-Kurċifiss ta’ Giezu,’ kompla Dr Attard. “Mhux magħruf min ikkummissjona l-Kurċifiss, kemm jekk il-Patrijiet Franġiskani jew inkella l-Arċikonfraternita. Mhwiex magħruf lanqas fejn inħadem il-Kurċifiss pero probabbilment sar f’Malta. Dak li nafu hu li huwa wieħed mill-isbaħ kurċifissi f’Malta, fejn Frate Innocenzo kien ħieles mill-pressjoni ta’ stil ċelebratorju li kien popolari fl-Italja u t-tbatija estrema, kif evidenti f’dan il-Kurċifiss, ma kenitx popolari dak iż-żmien.”

Raġel li għadda minn tbatija kbira

“L-attributi fiżiċi tal- Kurċifiss juru raġel ta’ sitt piedi li għadda minn tbatija kbira,” qal il-Konservatur ewlieni Fr Charles Vella. ‘Il-Kurċifiss huwa magħmul minn biċċiet tal-injam separati, li mbagħad jitwaħħlu bil-minċotti u ssammru flimkien.

“L-istatwa hija tant anatomikament korretta li timplika li Frate Innocenzo kellu xi esperjenza fuq katavri biex tinħoloq din il-perfezzjoni,” kompla Fr Charles. “L-injam mhux minqux b’ perfezzjoni assoluta peress li mbagħad ġie mgħotti b’saffi fini ta ‘gesso. Il-ġonot bejn il-biċċiet tal-injam huma wkoll mgħottija b’għażel taħt is-saffi tal-gesso. Il-feriti u d-demm, magħmula minn ceralacca u vermilion li jagħtu effett trasparenti li jagħmilha diffiċli li wieħed jemmen li m’intix qed tħares lejn demm veru ”.

‘Il-Bank of Valletta mill-ewwel ħa l-opportunità li jipparteċipa fil-proċess ta’ restawr ta’ waħda mill-aktar ikoni meqjuma f’Malta,” qal Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR u Marketing fil-Bank of Valletta. “Aħna segwejna l-proġett mill-qrib mal-Arċikonfraternita’ u l-Konsorzju u aħna kburin ħafna li nkunu parti minn proġett li jiżgura li l-Kurċifiss jista’ jkompli jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri.”

Keith Scicluna mill-ArchConfraternità tal-Kurċifiss Mirakuluż kompla jirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f’dan il-proġett. “Huwa tassew bi pjaċir li tara li l-Knisja, l-Arċikonfraternità, il-konsorzju, il-Bank u l-komunità Maltija jkunu parti minn dan il-proġett u li naraw id-devozzjoni ta’ din il-komunità lejn il-Kurċifiss Mirakuluż.”

Filmat: Luke Zerafa