Filmat: Jitilqu minn Malta għal Franza biex jibdew ħajja ġdida

Read in English.

Grupp ta’ persuni li ġew salvati mill-bastiment Ocean Viking operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Mediterranee u Médecins Sans Frontières (MSF) telqu lejn Franza l-Ħamis filgħodu.

AQRA: Filmat u ritratti: L-immigranti tal-Ocean Viking jaslu Malta

Il-persuni huma parti minn grupp ikbar li ġew salvati minn Ocean Viking. Huma kienu ddaħħlu Malta abbord patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta wara li l-Kummissjoni Ewropea mexxiet in-negozjati biex dawn jiġu rilokati ma’ diversi stati membri fl-Unjoni Ewropea.

L-Ocean Viking fl-ewwel missjoni tat-tfittxija u salvataġġ kien għamel diversi operazzjonijiet u salva t-total ta’ 356 persuna.

Fi stqarrija l-Gvern fakkar li dawn il-persuni ma ġewx salvati f’ibħra li jaqgħu taħt iż-żona li tieħu ħsieb Malta u li l-operazzjonijiet ma sarux taħt id-direzzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta.

L-immigranti ġew mgħejjuna mill-awtoritajiet, mill-Organiżazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM) kif ukoll minn uffiċjali tal-Ambaxxata Franċiża f’Malta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien saħaq li l-ebda persuna minn dal-grupp ma se titħalla Malta.

Aqra iktar:

Malta u l-Italja jintalbu port sigur għat-356 persuna fuq Ocean Viking

Aġġornata: 60 minorenni abbord Ocean Viking

Bastiment ġdid isalva immigranti mill-għarqa