​Filmat: Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Daphne Caruana Galizia

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=sNFU8SWIjjE]

Il-ġurnalist assassinat mis-Slovakkja Ján Kuciak u l-whistleblower tal-LuxLeaks Raphaël Halet rebħu l-ewwel edizzjoni tal-premju Daphne Caruana Galizia.
Dan il-premju ngħata mill-partit tax-xellug u tal-ħodor GUE/NGL fi ħdan il-Parlament Ewropew. Il-premju huwa “għall-ġurnalisti, il-whistleblowers u għal dawk li jiddefendu d-dritt għall-informazzjoni”.
Il-partit qal li Kuciak ingħata l-premju wara mewtu għax-xogħol investigattiv li kien għamel, fost oħrajn dwar il-frodit tat-taxxa.
Halet rebaħ peress li huwa l-eks impjegat tal-PwC u kien il-moħħ ta’ wara l-LuxLeaks flimkien ma’ Antoine Deltour. Dawn id-dokumenti kienu esponew l-evażjoni tat-taxxa minn diversi nies sinjuri.
L-eks impjegata ta’ Pilatus Bank Maria Efimova kienet waħda minn dawk nnominati għall-Premju Daphne Caruana Galizia.
Maria Efimova qalet fi tweet li qed tirċievi theddid, propju ftit tas-sigħat wara li l-eks ċerpersin ta’ Pilatus Bank Ali Sadr Heshemi Nejad ingħata l-libertà proviżjora minn qorti fl-Istati Uniti.