Filmat: Jitħabbar il-preżentatur ta’ Malta’s Got Talent

Malta's Got Talent | Host Reveal

Your Host for the show is probably one of Malta’s most fun and hyper characters around.Malta and Gozo, please welcome the Host 🤵 for the first season of Malta’s Got Talent, Gordon Bonello!We look forward to have him around (sort of) 😂 and we invite you to watch Gordon and the Judges from October onwards on Television Malta.#MaltasGotTalent

Posted by Malta’s Got Talent on Monday, August 10, 2020

L-attur u preżentatur Gordon Bonello se jkun qed jippreżenta l-ewwel edizzjoni tal-ispettaklu televiżiv Malta’s Got Talent.

“Inħossni ferħan u ħerqan li nifforma parti minn dan il-vjaġġ spġettakolari li fih se naraw talent notevoli,” ikkummenta Gordon Bonello fuq il-midja soċjali.

Bonello bla dubju jibqa’ mfakkar għall-parti li kien jinterpreta fis-sensiela Deċeduti, kif ukoll f’dawn l-aħħar snin għall-involviment tiegħu fil-Junior Eurovision Song Contest.

Filwaqt li Gordon se jkun qed jippreżenta dan l-ispettaklu, il-membri tal-ġurija se jkunu Sarah Zerafa, Maxine Aquilina, Howard Keith Debono u Ray Attard.

Malta’s Got Talent se jkun qed jixxandar minn Ottubru fuq TVM.