Filmat: Jistgħu jirritornaw l-Italja s-sajjieda li nqabdu jistadu bla permess

Illum mistennija jirritornaw l-Italja, is-sajjieda Taljani li nhar il-Ħamis li għadda ġew interċettati mill-Forzi Armati ta’ Malta, jistadu fil-baħar territorjali Malti.

Il-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu l-bastimenti “Principessa I” u “La Madonnina” fil-Port il-Kbir fejn tressqu quddiem il-Qorti aktar tard.

Salvatore Saporito ta’ 29 sena minn Licata, il-Kaptan tal-bastiment “Principessa I” u Salvatore Penna ta’ 52 sena minn Scoglitti, il-Kaptan tal-bastiment “La Madonnina” instabu ħatja u li ma kellhomx il-permessi meħtieġa.

Għalhekk ġew immultati €20,000 kull wieħed.

Ġara iżda li sakemm ingħatat is-sentenza tal-Qorti, ir-reġistru għalaq u għalhekk is-sajjieda u l-bastimenti kellhom jibqgħu Malta taħt is-sorveljanza tal-Pulizija.

Dwar dan, il-Kunsillier Dario Cartabellotta, responsabbli mis-Sajd għar-Reġjun Sqalli, sostna li Malta u l-Italja tant huma pajjiżi ħbieb u qrib ta’ xulxin li każi bħal dawn m’għandhomx jiġu ripetuti ‘l quddiem. 

 

Ritratt: Antonio Saporito