Filmat: Jistgħu 10 minuti jbiddlu ħajjet persuna?

Read in English.

Dan hu li jsaqsu lilhom infushom sitt karattri minn Appuntamenti, jum normali fost l-oħrajn, waqt li qed jistennew tal-linja. F’din il-ġurnata biss, waqt dawn l-10 minuti partikulari, jiddeċiedu li jagħmlu xi ħaġa dwarha…

Rebbieħ tal-Premju Francis Ebejer tal-2009, Appuntamenti hu dramm oriġinali bil-Malti, miktub minn Simone Spiteri. Dù Theatre qed jerġgħu jtellgħuh f’għeluq l-10 anniversarju mindu ttella’ l-ewwel darba, kif ukoll biex iniedi l-ktieb ta’ tnejn mill-aktar drammi popolari ta’ Spiteri – Appuntamenti u Repubblika Immakulata, li ntwera għall-ewwel darba f’Marzu li għadda.

Appuntamenti se tittella’ fl-1, 2 u 3 ta’ Novembru f’The Splendid, Strada Stretta, il-Belt Valletta fit-8pm. Wara jisserva l-inbid u jkun hemm il-ktieb għall-bejgħ, li jista’ jiġi ffirmat fuq il-post mill-awtriċi. Tista’ tibbukkja l-ktieb minn issa hawn.

Kast: Kristjana Casha, Simone Spiteri, Michela Farrugia, Clint Chircop, Mark Mifsud u Jes Camilleri. B’kitba u direzzjoni ta’ Simone Spiteri. Produzzjoni ta’ Dù Theatre. 

Biljetti minn ticketline.com.mt. Għal aktar tagħrif żur Dù Theatre fuq il-paġna ta’ Facebook. The Splendid mhuwiex aċċessibbli għal siġġijiet bir-roti.  Età: 12+

Dan il-kontenut huwa mwassal minn Dù Theatre