Filmat: “Jista’ jkollhom l-armi imma aħna għandna l-fjuri”

Wara l-attakki ta’ nhar il-Ġimgħa f’Pariġi, kienu ħafna l-messaġġi ta’ kuraġġ li saru minn persuni qrib vittmi jew Franċiżi stess biex id-dinja ma tbaxxix rasha għall-mibgħeda u l-vjolenza.
Fost il-filmati li ħarġu fuq il-midja soċjali, hemm dan ta’ konversazzjoni bejn missier u iben żgħir, fil-post qrib ħafna ta’ fejn inqatlu l-iktar vittmi, fis-sala tat-teatru Bataclan.
It-taħdita ‘normali’ bejn il-missier, Angel Le, u ibnu, Brandon, misset il-qalb ta’ ħafna tant li hi meqjusa fost l-iktar messaġġi ta’ tama għall-bniedem f’mument bħal dan.
L-intervista saret minn Le Petit Journal u għandha sottotitoli bl-Ingliż.