Filmat: “Jisraq figurini mill-parapett ta’ koppja anzjana”

Filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali juri raġel dieħel f’parapett ta’ dar fil-Qawra, u jisraq xi figurini minn pjanta li kien hemm fl-istess parapett.
Il-filmat li nġibed fit-18 ta’ Frar għall-ħabta tas-1am, mis-CCTV tad-dar, juri lir-raġel dieħel fil-parapett, javviċina l-pjanta, jieħu l-figorini u jitfagħhom f’basket. Wara r-raġel ħareġ mill-parapett u baqa’ sejjer għal triqtu.
Skont il-persuna li qed ixxerred il-filmat, fid-dar minn fejn insterqu joqgħodu żewġ anzjani u nsista li l-figurini lanqas biss jiswew €5.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ma ddaħal l-ebda rapport fuq il-każ.
Xerred dan il-filmat biex jinqabad ir-raġel.
Filmat: Luke Chircop