Filmat: Jisplodu l-‘Malta Bridge’ fil-Kanada

L-armata Kanadiża splodiet il-pont imsejjaħ Malta Bridge bħala parti mit-taħriġ tas-suldati.

Il-Canadian Forces Base Gagetown (CFB Gagetown) kienet infetħet bħala faċilità tat-taħriġ fl-1958. Hija t-tieni l-akbar faċilità tat-taħriġ militari fil-Kanada.

Ġie rrappurtat li l-pont inqered minn membri tal-4 Engineer Support Regiment il-Ħamis filgħodu.

Il-pont tneħħa għax ma kienx għadu sigur biex jgħaddu vetturi minn fuqu. Il-pont inbena fl-1980.

Filmat: 5thCanadianDivision