Filmat: Jiskidja; itir bil-karozza; jaħbat ma’ saqaf ta’ mina fis-Slovakkja

Filmat li ttella’ fuq Facebook u xxandar fuq is-CNN juri inċident tat-traffiku fejn karozza skiddjat, taret mill-art u ħabtet mas-saqaf ta’ mina fis-Slovakkja.

L-inċident seħħ fl-20 ta’ Diċembru viċin il-mina ta’ Bôrik. Minkejja l-ħabta drammatika, is-sewwieq tal-karozza rnexxielu joħroġ mill-inċident bi ġrieħi ħfief. Intant meta għadda mit-test tal-alkoħol irriżulta fin-negattiv.