Filmat: Jisirqu minn ħanut f’Tal-Pietà

Insterqu xi mowbajls minn ħanut f’Tal-Pietà.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara fis-6pm fi Triq Joe Gasan, fejn jidher li nsterqu xi mowbajls minn ħanut tal-elettroniċi. Fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett u anke dawk tat-Taqsima tar-Rapid Intervention.

L-istess ħanut kellu sitwazzjoni simili lbieraħ, għaliex persuna ppruvat tħallas b’ċekkijiet misruqa. Il-Pulizija kienet qiegħda tfittixha.

Filmat: Tfittxija għal persuna li ppruvat tħallas b’ċekkijiet misruqa

Il-Pulizija qiegħda tfittex ukoll lill-persuna li serqet il-mowbajls illum, li ħarbet minn fuq il-post.