Filmat: Jisirqu bambin u anġlu minn residenza privata għall-gost

Żewġ żgħażagħ jidhru f’filmat meħud bil-kameras tas-sigurtà jidħlu f’residenza fi Triq Carlo Manchè, fil-Gżira u jisirqu l-bambin u anġlu minn presepju.
Wieħed miż-żgħażagħ jidher jidħol fir-residenza filwaqt li l-ieħor jistennieh barra b’borrinu f’idu.
Mhux eskluż li l-figorina tal-borrinu nsterqet minn residenza oħra.
Dan il-filmat qed jidher fil-mezzi soċjali b’mod speċjali fil-Facebook fejn tfajla qed tappella lill-pubbliku biex jiġu identifikati dawn iż-żgħażagħ.
F’kumment fis-sit soċjali, hja qalet li għalkemm il-bambin m’għandux valur, għandu valur sentimentali għall-ġenituri tagħha għaliex kien tan-nanniet li m’għadhomx ħajjin.

Xerred dan il-filmat biex jiġu identifikati l-ħallelin u l-bambin jingħata lura lil sidu.