Filmat: Jisfida għal tixriba lil Jason Micallef, Nathaniel Attard u lil Tonio Portughese

Mal-eluf li diġà għamlu l-isfida tal-Ice Bucket, ingħaqad ukoll il-ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt u Station Manager ta’ RTK, Karl Wright.
Ix-xewqa ta’ Karl hi li anke l-kapijiet tal-istazzjonijiet l-oħra jieħdu doċċa għall-karità.
Kien għalhekk li t-tliet persuni li nnomina huma: ċ-Ċermen tal-PBS Tonio Portughese, iċ-Ċermen tal-ONE Jason Micallef u l-Kap tal-Aħbarijiet ta’ NET TV Nathaniel Attard.
Min jaf jekk jaċċettawx din l-isfida?!