Filmat: Jippruvaw iżommuh xħin allegatament kien taħt xi sustanzi

Żagħżugħ ta’ 26 sena spiċċa Mater Dei wara li allegatament kien taħt l-effett ta’ xi sustanzi u sieħbu kien qed jipprova jżommu taħt kontroll.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm il-Ħamrun.
Iż-żagħżugħ ma sofra ebda ġrieħi, u ġie rikoverat minħabba l-allegat sustanzi li ħa, filwaqt li sieħbu ma sofra ebda ġrieħi wkoll.
Filmat: Ivan Attard