Filmat: Jipprotestaw quddiem Kastilja minħabba l-Aħrax u l-Miżieb

Read in English.

Għall-ħabta tal-10am għadd ta’ persuni nġabbru fi Pjazza Kastilja quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jipprotestaw kontra l-ftehim li l-Gvern iffirma mal-FKNK għall-għoti tal-art fl-Aħrax u l-Miżieb, limiti tal-Mellieħa.

Fost l-għajjat tal-frażi “Il-Kampanja ta’ Kulħadd”, il-moviment Graffitti flimkien ma’ għadd ta’ għaqdiet oħra li jiffurmaw il-koalizzjoni Spazji Miftuħa bdew l-attività tagħhom. Dawk li attendew ġew kemm-il darba mħeġġa biex iżommu d-distanza soċjali anke permezz li jpoġġu bilqiegħda.

Waħda minn dawk li ħadet il-mikrofonu biex tesprimi r-rabja tagħha qalet li lill-Gvern li l-flus mhux kollox u wisq anqas il-voti.

Hija oxxenità li l-Gvern qabad biċċa medda ta’ art u ta lil 300 kaċċatur biex ikunu jistgħu joqtlu l-għasafar fil-kwiet

Il-Birdlife f’isem Spażji Miftuħa kienet qalet li n-nies huma rrabjati għall-mod kif il-Gvern qed jittratta l-patrimonju naturali u kulturali ta’ Malta u Għawdex.

Wara l-iffirmar tal-ftehim tal-Miżieb u l-Aħrax bejn il-Gvern u l-lobby tal-kaċċaturi li sar wara bibien magħluqa, il-koalizzjoni diġà ressqet protest ġudizzjarju u qed tesplora l-possibbiltà li tiftaħ kawża fil-qorti biex tisfida din id-deċiżjoni.

Waqt is-Sit-down protest kontra s-serqa tal-Miżieb u l-Aħrax

Posted by Moviment Graffitti on Saturday, October 31, 2020