Filmat: Jipprotestaw kontra l-esplojtazzjoni tad-dniefel

L-attivisti ta’ Animal Liberation Malta qalu li marru l-Belt Valletta biex juru lin-nies x’jiġri lid-dniefel li jkunu qed jinżammu mill-bniedem fil-magħluq.

Fil-Protesta li saret ilbieraħ, l-attivisti qalu li qed jinkoraġġixxu lin-nies biex ma jixtrux biljetti biex jaraw dawn id-dniefel.

F’Ottubru, attivisti favur il-ħarsien tal-annimali interrompew wirja tad-dniefel f’marine park f’Baħar iċ-Ċagħaq. L-istabbiliment konċernat qatt ma wieġeb il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt.

Filmat u ritratti: Animal Liberation Malta, Vegan Malta.