Filmat: Jipprotestaw fi Brussell; “Brexit jista’ jwassal għal gwerra”

Għadd ta’ demostranti nġabru quddiem il-Parlament Ewropew fi Brussell, jipprotestaw dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt Christoph Schwaiger tkellem ma’ wieħed mid-demostranti fi Brussell, li sostna li jekk iseħħ Brexit, se jwassal għal ħsara kbira ekonomika fil-pajjiż u possibilment anke għal gwerra. Dan filwaqt li l-mexxeja Ewropej qed jattendu s-Summit Ewropew fi Brussell.

Filmat: Il-mexxejja Ewropej jinġabru għas-summit; diskussi Brexit, il-Baġit u l-immigrazzjoni

X’kienu l-aħħar żviluppi dwar Brexit?

Propju lbieraħ, il-Prim Ministru Theresa May rebħet il-vot ta’ sfiduċja fejn 200 ivvutaw favur u 117 ivvutaw kontra May. Sir Graham Brandy li jippresiedi fuq il-Kumitat 1922 irċieva tal-anqas 48 ittra mingħand il-Membri Parlamentari Konservattivi li jsejħu għal vot ta’ sfiduċja f’May. 

Intant hi ħabbret li mhix se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Rapporti li dehru fuq il-midja internazzjonali qalu li diversi deputati dehru jibku għal dan il-fatt u saħansitra anki deputati li ressqu l-vot ta’ sfiduċja kontriha faħħru t-tmexxija ta’ May.

Fl-aħħar jiem, May ħabbret lill-Membri Parlamentari li se tkun qed tipposponi l-vot tal-ftehim dwar Brexit hekk kif kienet ċerta li dan kien se jirċievi vot ta’ sfiduċja. Dan qanqal rabja fost għadd ta’ MPs, bil-mexxej tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn jgħid li l-Gvern kien f’koas totali.

Filmat: Christoph Schwaiger